Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0342

    Kawża T-342/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Indo European Foods vs EUIPO – Chakari (Abresham Super Basmati Selaa Grade One World’s Best Rice) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Abresham Super Basmati Selaa Grade One World’s Best Rice – Trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata BASMATI – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom – Perijodu ta’ tranżizzjoni – Interess ġuridiku – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001) – Sistema tal-azzjoni tal-common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) – Riskju ta’ preżentazzjoni qarrieqa – Probabbiltà ta’ dilwizzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni”)

    ĠU C 481, 29.11.2021, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 481/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Indo European Foods vs EUIPO – Chakari (Abresham Super Basmati Selaa Grade One World’s Best Rice)

    (Kawża T-342/20) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Abresham Super Basmati Selaa Grade One World’s Best Rice - Trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata BASMATI - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom - Perijodu ta’ tranżizzjoni - Interess ġuridiku - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Sistema tal-azzjoni tal-common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) - Riskju ta’ preżentazzjoni qarrieqa - Probabbiltà ta’ dilwizzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni”)

    (2021/C 481/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Indo European Foods Ltd (Harrow, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Norris, barrister, u N. Welch, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Hamid Ahmad Chakari (Vjenna, l-Awstrija)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 (Każ R 1079/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Indo European Foods u H. A. Chakari.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tat-2 ta’ April 2020 (Każ R 1079/2019 4) hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inkluż għall-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Indo European Foods Ltd għall-finijiet tal proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


    (1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


    Top