EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0299

Kawża C-299/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Icade Promotion SAS, li kienet Icade Promotion Logement SAS vs Ministère de l’Action et des Comptes Publiques (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 392 – Skema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni – Kamp ta’ applikazzjoni – Trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli u ta’ artijiet għall-iżvilupp mixtrija bil-għan li jinbiegħu mill-ġdid – Persuna taxxabbli li ma kellhiex id-dritt għal tnaqqis meta akkwistat il-proprjetajiet immobbli – Bejgħ mill-ġdid suġġett għall-VAT – Kunċett ta’ “artijiet għall-iżvilupp”)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Icade Promotion SAS, li kienet Icade Promotion Logement SAS vs Ministère de l’Action et des Comptes Publiques

(Kawża C-299/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 392 - Skema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni - Kamp ta’ applikazzjoni - Trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli u ta’ artijiet għall-iżvilupp mixtrija bil-għan li jinbiegħu mill-ġdid - Persuna taxxabbli li ma kellhiex id-dritt għal tnaqqis meta akkwistat il-proprjetajiet immobbli - Bejgħ mill-ġdid suġġett għall-VAT - Kunċett ta’ “artijiet għall-iżvilupp”)

(2021/C 481/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Icade Promotion SAS, li kienet Icade Promotion Logement SAS

Konvenut: Ministère de l’Action et des Comptes Publiques

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li l-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni tiġi applikata għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp kemm meta l-akkwist tagħhom ġie suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), mingħajr ma l-persuna taxxabbli li tbigħhom kellha d-dritt li tnaqqas din it-taxxa, kif ukoll meta l-akkwist tagħhom ma ġiex suġġett għall-VAT filwaqt li l-prezz li bih il-persuna taxxabbli bejjiegħ mill-ġdid akkwistat dawn il-proprjetajiet jinkludi ammont ta’ VAT tal-input li tħallas mill-bejjiegħ inizjali. Madankollu, barra minn din l-ipoteżi, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp li l-akkwist inizjali tagħhom ma ġiex suġġett għall-VAT, jew minħabba li jinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, jew minħabba li huwa eżenti minnha.

2)

L-Artikolu 392 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp meta dawn l-artijiet akkwistati mhux mibnija jkunu saru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-iżvilupp, iżda ma jeskludix l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp meta dawn l-artijiet kienu s-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom bħad-diviżjoni tagħhom f’lottijiet jew it-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ żvilupp li jippermettu l-installazzjoni ta’ networks li jservu l-imsemmija artijiet, bħal, b’mod partikolari, networks tal-gass jew tal-elettriku.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


Top