Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0794

    Kawża T-794/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2019 – Set vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 10, 13.1.2020, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 10/52


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2019 – Set vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-794/19)

    (2020/C 10/63)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Set SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: N. Aicardi, T. Ferrario, u M. Vasari, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-“Modifika tal-mekkaniżmu ta’ remunerazzjoni tad-disponibbiltà ta’ riżorsi għall-adegwatezza. Introduzzjoni ta’ rekwiżiti ambjentali”, għajnuna mill-Istat SA.53821 (2019/N);

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż sostnuti f’din il-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE, skont kif previst fl-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), li jipprevedi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-kuntest tal-verifika, li għandha titwettaq mill-Kummissjoni, tal-kompatibbiltà tal-miżura nnotifikata mas-suq intern.

    F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tesponi l-profili u l-effetti li jirriżultaw mill-ftugħ tas-suq tal-kapaċità għal unitajiet ta’ ġenerazzjoni ġodda mhux awtorizzati, li fir-rigward tagħhom ma saritx evalwazzjoni xierqa min-naħa tal-Kummissjoni, filwaqt li tosserva li hemm aspetti oħra tas-sistema li ġew modifikati, li fir-rigward tagħhom, madankollu, il-Kummissjoni naqset milli twettaq kwalsiasi evalwazzjoni jew wettqet evalwazzjoni żbaljata.


    (1)  ĠU 2015, L 248, p. 9.


    Top