Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0488

    Kawża T-488/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2019 — Crédit agricole et vs SRB

    ĠU C 295, 2.9.2019, p. 82–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 295/82


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2019 — Crédit agricole et vs SRB

    (Kawża T-488/19)

    (2019/C 295/108)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza) u t-48 rikorrent ieħor (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

    Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    skont l-Artikolu 263 tat-TFUE, tannulla d-Deċiżjoni SRB/ES/SRF/2019/10 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2019 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni sa fejn hija tikkonċerna lir-rikorrenti;

    skont l-Artikolu 277 tat-TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament Delegat inapplikabbli:

    l-Artikoli 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;

    l-Artikoli 4(2), 6, 7 u 10 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament Delegat;

    l-Artikoli 4 u 8(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-466/19, Société générale et vs SRB.


    Top