Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0463

    Kawża T-463/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lujlu 2019 — Cervetti vs Il-Parlament

    ĠU C 295, 2.9.2019, p. 75–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 295/75


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lujlu 2019 — Cervetti vs Il-Parlament

    (Kawża T-463/19)

    (2019/C 295/99)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Giovanni Cervetti (Milan, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara ineżistenti jew tannulla kompletament il-miżura li dwarha r-rikorrent kien infurmat permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li biha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet tal-pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tad-determinazzjoni tal-pensjoni preċedenti;

    tordna lill-Parlament Ewropew jħallas lura s-somom kollha miżmuma indebitament, flimkien mal-interessi legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u li l-Parlament Ewropew jiġi kkundannat li jimplimenta s-sentenza li ġejja u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiggarantixxi l-istabbiliment mill-ġdid u sħiħ immedjat tal-portata oriġinali tal-benefiċju tal-pensjoni;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


    Top