EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0909

Kawża C-909/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Curtea de Apel Iaşi – ir-Rumanija) – BX vs Unitatea Administrativ Teritorială D. (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Direttiva 2003/88/KE – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Artikolu 2(1) – Kunċetti ta’ “perijodu ta’ serħan” u “ħin tax-xogħol” – Taħriġ professjonali obbligatorju segwit fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega)

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Curtea de Apel Iaşi – ir-Rumanija) – BX vs Unitatea Administrativ Teritorială D.

(Kawża C-909/19) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 2(1) - Kunċetti ta’ “perijodu ta’ serħan” u “ħin tax-xogħol” - Taħriġ professjonali obbligatorju segwit fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega)

(2022/C 2/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Iaşi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BX

Konvenut: Unitatea Administrativ Teritorială D.

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu li matulu ħaddiem isegwi taħriġ professjonali impost fuqu mill-persuna li timpjegah, li jseħħ barra mill-post abitwali tax-xogħol tiegħu, fil-bini tal-fornitur tas-servizzi ta’ taħriġ, u li matulu ma jeżerċitax il-funzjonijiet abitwali tiegħu, jikkostitwixxi “ħin tax-xogħol”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


Top