Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0053

    Kawżi magħquda C-53/19 P u C-65/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-53/19 P), Ir-Renju ta’ Spanja (C-65/19 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, L-Irlanda (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Sistema fiskali – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa – Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” – Kundizzjoni dwar is-selettività – Sistema ta’ referenza – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

    ĠU C 481, 29.11.2021, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 481/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-53/19 P), Ir-Renju ta’ Spanja (C-65/19 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, L-Irlanda

    (Kawżi magħquda C-53/19 P u C-65/19 P) (1)

    (Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Sistema ta’ referenza - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

    (2021/C 481/06)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Appellanti: Banco Santander SA, Santusa Holding SL (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados (C-53/19 P)), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Rubio González u A. Sampol Pucurull, susegwentement minn S. Centeno Huerta u S. Jiménez García, aġenti (C-65/19 P))

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u R. Kanitz, aġenti), l-Irlanda

    Dispożittiv

    1)

    L-appelli huma miċħuda.

    2)

    Banco Santander SA, Santusa Holding SL u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 112, 25.03.2019.


    Top