Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0603

    Kawża T-603/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2018 – ZE vs Il-Parlament Ewropew

    ĠU C 436, 3.12.2018, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 436/61


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2018 – ZE vs Il-Parlament Ewropew

    (Kawża T-603/18)

    (2018/C 436/85)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrent: ZE (rappreżentant: P. Giatagantzidis, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Settembru 2018 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew li tordna s-sospensjoni tal-funzjonijiet tiegħu sal-31 ta’ Ottubru 2018, kif ukoll ta’ kwalunkwe att relatat,

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ tiegħu qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fil-konfront tiegħu;

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata billi nstagħdet informazzjoni;

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità mis-Segretarju Ġenerali, peress li huwa ordna kemm il-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva fil-konfront tar-rikorrent kif ukoll adotta d-deċiżjoni kkontestata;

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur manifest tad-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata tiegħu minħabba l-projbizzjoni imposta fuqu milli jkollu aċċess għall-post tax-xogħol tiegħu kif ukoll għall-fajls personali tiegħu;

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tas-sigriet proċedurali matul il-proċedura segwita, fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet magħmula lill-istampa minn uffiċjali għoljin tal-Parlament Ewropew.


    Top