Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0569

Kawża T-569/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – W. Kordes’ Söhne Rosenschulen vs EUIPO (Kordes’ Rose Monique)

ĠU C 436, 3.12.2018, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/54


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – W. Kordes’ Söhne Rosenschulen vs EUIPO (Kordes’ Rose Monique)

(Kawża T-569/18)

(2018/C 436/77)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: W. Kordes’ Söhne Rosenschulen GmbH & Co KG (Klein Offenseth-Sparrieshoop, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Würtenberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Kordes’ Rose Monique – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 856 743

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża R 1929/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(m) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top