EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0414

Kawża T-414/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2018 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

ĠU C 301, 27.8.2018, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/42


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2018 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

(Kawża T-414/18)

(2018/C 301/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hypo Vorarlberg Bank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tat-12 ta’ April 2018 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2018 (SRB/ES/SRF/2018/03) (“Decision of the Single Resolution Board of 12 April 2018 on the calculation of the 2018 ex ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2018/03)”), inkluż l-anness tagħha, f’kull każ sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inkluż l-anness tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni li għandha titħallas mir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba notifika inkompleta tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti fid-deċiżjoni kkontestata.

3.

Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba assenza ta’ smigħ u nuqqas ta’ osservanza tad-dritt għal smigħ f’qorti.

4.

Illegalità tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 (1) bħala bażi legali għad-deċiżjoni kkontestata.

Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikoli 4 sa 7 u 9, kif ukoll l-Anness I, tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 — dispożizzjonijiet li jifformaw il-bażi għad-deċiżjoni kkontestata — joħolqu sistema opaka għall-istabbiliment ta’ kontribuzzjonijiet, li tmur kontra l-Artikoli 16, 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u li fiha l-konformità mal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta u l-osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali ma humiex żgurati.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44).


Top