This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0352
Case T-352/18: Action brought on 5 June 2018 — Germann Avocats and XJ (*) v Commission
Kawża T-352/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Germann Avocats u XJ (*) vs Il-Kummissjoni
Kawża T-352/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Germann Avocats u XJ (*) vs Il-Kummissjoni
ĠU C 301, 27.8.2018, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/39 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Germann Avocats u XJ (*1) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-352/18)
(2018/C 301/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Germann Avocats LLC (Genève, l-Isvizzera), XJ (*1) (rappreżentant: N. Skandamis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinsab f’ittra riċevuta mir-rikorrenti fit-2 ta’ April 2018, li tiċħad l-offerta konġunta mitfugħa minnhom għal studju ta’ tkomplija dwar prattiċi tal-għaqdiet tal-ħaddiema dwar in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u d-diversità fuq il-post tax-xogħol (sejħa għal offerti JUST/2017/RDIS/FW/EQUA/0042) |
— |
tordna lill-konvenuta sabiex tipprovdi trasparenza legalment soddisfaċenti fil-forma ta’ informazzjoni rilevanti u analiżi kwantitattiva u kwalitattiva fir-rigward tas-sitwazzjoni relatata mal-kompetizzjoni ta’, b’mod partikolari, l-offerent li jirbaħ il-kuntratt u b’rabta ma’ kwistjonijiet relatati mad-diversità fis-swieq rilevanti għall-kuntratt inkwistjoni; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ danni tal-ammont ta’ EUR 35 000 flimkien ma’ interessi, lir-rikorrenti, għad-dannu li huma allegatament sostnew bħala riżultat tan-nuqqas li tirrispetta l-aspettattivi leġittimi tagħhom, tat-telf ta’ opportunità li jeżegwixxu l-kuntratt inkwistjoni u tal-ksur ta’ drittijiet u prinċipji oħra; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-konvenuta, tal-obbligu ta’ motivazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tal-offerta tagħhom fir-rigward tas-sejħa għal offerti JUST/2017/RDIS/FW/EQUA/0042. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-konvenuta fl-evalwazzjoni li hija wettqet tal-offerta tar-rikorrenti fir-rigward tal-imsemmija sejħa għal offerti. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-konvenuta, tad-dmir tagħha li tiżgura l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti fir-rigward ta’ sitwazzjoni tas-suq kompetittiva li tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi bejn il-kompetituri, inkluż billi ttollerat u/jew iffavorixxiet abbużi reali jew possibbli minn pożizzjonijiet dominanti fis-suq, u li l-konvenuta kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ trasparenza u ta’ bona fide fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
(*1) Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.