Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0249

    Kawża T-249/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Saab Halabi vs Il-Kunsill

    ĠU C 200, 11.6.2018, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201805250521897062018/C 200/642492018TC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL20180416505011

    Kawża T-249/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Saab Halabi vs Il-Kunsill

    Top

    C2002018MT5010120180416MT0064501501

    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Saab Halabi vs Il-Kunsill

    (Kawża T-249/18)

    2018/C 200/64Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Tarek William Saab Halabi (il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/88 tat-22 ta’ Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jirrigwardaw lir-rikorrent; u

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tiegħu ta’ difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi ma tahx aċċess għall-provi li allegatament isostnu l-inklużjoni tiegħu fil-lista fi żmien raġonevoli.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma ġabx prova tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn ma weriex li, fir-rwol tiegħu ta’ Avukat Ġenerali u fir-rwoli preċedenti ta’ Ombudsman u ta’ President tal-Kunsill Morali Repubblikan, ir-rikorrent ippreġudika d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

    Top