Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0244

    Kawża T-244/18 R: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002–2006) — Irkupru tas-sommom imħallsa — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 301, 27.8.2018, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/38


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-244/18 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002–2006) - Irkupru tas-sommom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

    (2018/C 301/51)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (Ateni, il-Grèċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou u A. Kyratsou, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2018 1115 finali tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Frar 2018, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 76 282,08 flimkien mal-interessi moratorji.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top