Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0284

    Kawża T-824/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — Arbuzov vs Il-Kunsill (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar tal-fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista — Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fl-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

    ĠU C 295, 2.9.2019, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 295/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — Arbuzov vs Il-Kunsill

    (Kawża T-824/18) (1)

    (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar tal-fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fl-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

    (2019/C 295/35)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Partijiet

    Rikorrent: Sergej Arbuzov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pekař u P. Mahnič, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018. L 63, p. 48) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 5), sa fejn l-isem tar-rikorrent inżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d -Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn l-isem ta’ Sergej Arbuzov inżamm fil-lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ korpi li għalihom japplika dawn il-miżuri restrittivi.

    2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 249, 16.7.2018.


    Top