This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TA0244
Case T-244/18: Judgment of the General Court of 13 June 2019 — Synergy Hellas v Commission (Research and technological development — Financial regulation — Sixth framework programme for research, technological development and demonstration activities (2002-2006) — J-Web grant agreement — Enforceable decision ordering recovery — Proportionality — Obligation to state reasons)
Kawża T-244/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni (“Riċerka u żvilupp teknoloġiku — Regolament finanzjarju — Sitt Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006) — Ftehim ta’ sussidju J-Web — Deċiżjoni li teżegwixxi rkupru — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C 280, 19.8.2019, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-244/18) (1)
(“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Regolament finanzjarju - Sitt Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006) - Ftehim ta’ sussidju J-Web - Deċiżjoni li teżegwixxi rkupru - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 280/55)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A Katsimerou u A. Kyratsou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1115 finali, tad-19 ta’ Frar 2018, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 76 282,08, miżjud bl-interessi, min-naħa tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |