Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0402

    Kawża C-402/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Tedeschi Srl għan-nom tagħha u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Rti, Consorzio Stabile Istant Service għan-nom tiegħu u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Rti vs C.M. Service Srl, Università degli Studi di Roma La Sapienza

    ĠU C 301, 27.8.2018, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Tedeschi Srl għan-nom tagħha u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Rti, Consorzio Stabile Istant Service għan-nom tiegħu u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Rti vs C.M. Service Srl, Università degli Studi di Roma La Sapienza

    (Kawża C-402/18)

    (2018/C 301/24)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Appellanti: Tedeschi Srl għan-nom tagħha u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Rti, Consorzio Stabile Istant Service għan-nom tiegħu u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ in proprio e quale Mandante Rti

    Appellata: Università degli Studi di Roma La Sapienza

    Appellata u appellanti inċidentali: C.M. Service Srl

    Domanda preliminari

    “Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, previsti fl-Artikoli 49 sa 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 (1) u l-Artikolu 71 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (2) li ma jipprevedux limitazzjoni fuq is-subappalt u fuq it-tnaqqis li għandu jiġi applikat għas-subappaltaturi, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit mid-dritt tal-Unjoni, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, bħall-leġiżlazzjoni Taljana fl-Artikolu 118(2) u (4) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tat-12 ta’ April 2006, li tipprovdi li s-subappalt ma jistax jaqbeż il-kwota ta’ 30 % tal-ammont totali tal-kuntratt u l-offerent li lilu jkun ingħata l-kuntratt għandu japplika, għas-servizzi subappaltati, l-istess prezzijiet unitarji li jirriżultaw mill-aġġudikazzjoni, bi tnaqqis ta’ mhux iktar minn 20 %?”


    (1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).

    (2)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).


    Top