Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0197R(01)

    Rettifika għall-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċijali fil-Kawża T-197/17 (ĠU C 151, 15.5.2017)

    ĠU C 213, 3.7.2017, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 213/39


    Rettifika għall-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċijali fil-Kawża T-197/17

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 151 tal-15 ta’ Mejju 2017 )

    (2017/C 213/53)

    Il-komunikazzjoni fil-ĠU fil-Kawża T-197/17, Abel et vs Il-Kummissjoni għandha taqra kif ġej:

    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2017 — Abel et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-197/17)

    (2017/C 151/59)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Marc Abel (Montreuil, Franza) u 1 428 rikorrent ieħor (rappreżentant: J. Assous, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tirrikonoxxi l-irregolarità tal-aġir tal-Kummissjoni Ewropea;

    tirrikonoxxi d-dannu kkawżat lir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008, fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6);

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat lir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni ta’ tali regolament u EUR 1 simboliku bħala kumpens għad-dannu materjali;

    tagħti ordni kontra l-Kummissjoni Ewropea li tobbligaha tirritorna l-“fattur ta’ konformità finali” maħluq mir-Regolament (UE) 2016/646 għal 1 u tirrinunzja għall-“fattur ta’ konformità temporanju” stabbilit għal 2,1;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw l-elementi li ġejjin.

    1.

    Il-konvenuta wettqet żbalji fl-adozzjoni tar-regolament inkwistjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha li kienu ddelegawlha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill permezz tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1), skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni. Konkretament:

    ksur tar-regoli, kemm primarji kif ukoll sekondarji, tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent;

    ksur tar-regoli sussidjarji tad-dritt Komunitarju, bħall-prinċipji ġenerali ta’ nuqqas ta’ rigressjoni, ta’ prekawzjoni, ta’ prevenzjoni, ta’ azzjoni f’ras il-għajn u ta’ min iħammeġ iħallas;

    użu ħażin tar-regoli tal-proċedura, sa fejn il-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-proċedura ta’ reglementazzjoni b’kontroll sabiex temenda element essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 715/2007;

    ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, sa fejn ir-regolament inkwistjoni ma bbenefikax minn garanziji demokratiċi offruti mir-rikors għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja ta’ kodeċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    2.

    L-eżistenza ta’ dannu reali u ċert u ta’ rabta kawżali diretta bejn l-aġir tal-Kummissjoni u d-dannu allegat.


    Top