EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0096

Kawża T-96/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – King.com vs EUIPO – (TeamLava (Animated icons)

ĠU C 112, 10.4.2017, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/45


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – King.com vs EUIPO – (TeamLava (Animated icons)

(Kawża T-96/17)

(2017/C 112/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: King.com Ltd (San Ġiljan, Malta) (rappreżentanti: M. Hawkins, Solicitor u T. Dolde, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TeamLava LLC (Redwood Suite, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: Disinn tal-Unjoni Nru 2216416-0049

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-01/12/2016 fil-Każ R 1948/2015-3

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament Nru 6/2002.


Top