Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0027

    Kawża T-27/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Jalkh vs Il-Parlament (“Privileġġi u immunitajiet — Membru tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari — Rabta mal-funzjonijiet ta’ membru parlamentari — Ugwaljanza fit-trattament — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Proċedura ta’ tneħħija tal-immunità — Drittijiet tad-difiża — Użu ħażin ta’ poter — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

    ĠU C 436, 3.12.2018, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 436/41


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Jalkh vs Il-Parlament

    (Kawża T-27/17) (1)

    ((“Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari - Rabta mal-funzjonijiet ta’ membru parlamentari - Ugwaljanza fit-trattament - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proċedura ta’ tneħħija tal-immunità - Drittijiet tad-difiża - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

    (2018/C 436/57)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvilliers, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Le Moigne, sussegwentement M. Ceccaldi u finalment minn F. Wagner, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Dean u S. Alonso de León, sussegwentement S. Alonso de León, N. Görlitz u S. Seyr, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni P8_TA(2016)0429 tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2016, li tneħħi l-immunità parlamentari tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Jean-François Jalkh għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 70, 6.3.2017.


    Top