Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0638

    Kawża C-638/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-15 ta’ Novembru 2017 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs UAB Skonis ir kvapas

    ĠU C 52, 12.2.2018, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-15 ta’ Novembru 2017 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs UAB Skonis ir kvapas

    (Kawża C-638/17)

    (2018/C 052/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teism

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

    Konvenuta: UAB Skonis ir kvapas

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE (1), tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (test ikkodifikat) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “sigarri jew sigarri żgħar” tinkludi (jew le) l-każ fejn parti mill-kisja f’tabakk naturali jew rikostitwit tkun mgħottija, barra minn hekk, minn saff ieħor estern (tal-karti), bħal fil-kawża prinċipali? Il-fatt li l-użu tal-karta bħala saff supplimentari fil-kisja esterna tal-prodott tat-tabakk (fejn hemm il-filtru) iwassal għal xebh viżiv ta’ dan il-prodott ma’ sigarett huwa rilevanti għar-risposta għal din id-domanda?


    (1)  ĠU L 176, p. 24.


    Top