This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0577
Case C-577/17: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof (Austria) lodged on 2 October 2017 — Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl
Kawża C-577/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-2 ta’ Ottubru 2017 – Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl
Kawża C-577/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-2 ta’ Ottubru 2017 – Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl
ĠU C 22, 22.1.2018, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-2 ta’ Ottubru 2017 – Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl
(Kawża C-577/17)
(2018/C 022/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl
Konvenuti: Clinton Osas Alake alias Klenti Solim, Cynthia Nomamidobo u Prince Nomamidobo
Domandi preliminari
1) |
L-Istat Membru rikjest – li jkun l-Istat Membru responsabbli skont il-kriterji msemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament Dublin III (1) – jista’ effettivament jaċċetta t-talba għall-finijiet ta’ teħid lura tal-persuna, imressqa skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Dublin III, meta t-terminu għal tweġiba previst fl-Artikolu 25(1) ta’ dan ir-regolament ikun diġà skada, u meta l-Istat Membru rikjest ikun diġà ċaħad preċedentement, fit-terminu mogħti, it-talba għall-finijiet ta’ teħid lura u jkun anki wieġeb fin-negattiv, fit-terminu mogħti, għat-talba għal stħarriġ mill-ġdid skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (2)? Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:B’konsegwenza tar-rifjut, fit-terminu mogħti, tat-talba għall-finijiet ta’ teħid lura mill-Istat Membru responsabbli skont il-kriterji msemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament Dublin III, l-Istat Membru li jagħmel it-talba, li fih tkun tressqet l-applikazzjoni l-ġdida, għandu jeżamina din l-applikazzjoni sabiex jiżgura li kien hemm eżami tal-applikazzjoni minn Stat Membru b’mod konformi mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Dublin III? |
(1) Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 200).