This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0024
Case C-24/17: Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof (Austria) lodged on 18 January 2017 — Österreichischer Gewerkschaftsbund, Gewerkschaft öffentlicher Dienst v Republik Österreich
Kawża C-24/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Österreichischer Gewerkschaftsbund, Gewerkschaft öffentlicher Dienst vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
Kawża C-24/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Österreichischer Gewerkschaftsbund, Gewerkschaft öffentlicher Dienst vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
ĠU C 112, 10.4.2017, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Österreichischer Gewerkschaftsbund, Gewerkschaft öffentlicher Dienst vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-24/17)
(2017/C 112/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Österreichischer Gewerkschaftsbund, Gewerkschaft öffentlicher Dienst
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Domandi preliminari
1.1. |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 1, 2 u 6 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li (fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena) tissostitwixxi sistema ta’ remunerazzjoni diskriminatorja abbażi tal-età b’sistema ġdida ta’ remunerazzjoni, iżda li tipprevedi t-trasferiment tal-impjegati eżistenti lejn is-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni billi tiffissa b’mod retroattiv id-dħul fis-seħħ tas-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni għad-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi inizjali, filwaqt li tiddetermina l-ewwel klassifikazzjoni fis-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni skont is-salarju effettivament imħallas konformement mas-sistema preċedenti ta’ remunerazzjoni, għal xahar ta’ trasferiment speċifiku (Frar 2015), b’tali mod li d-diskriminazzjoni eżistenti preċedentement abbażi tal-età tinżamm fl-effetti finanzjarji tagħha? |
1.2. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/178/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impjegati eżistenti li ġew iddiskriminati fis-sistema preċedenti ta’ remunerazzjoni fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa qabel ma għalqu t-18-il sena, għandhom jiksbu kumpens finanzjarju jekk din id-diskriminazzjoni abbażi tal-età tinżamm fl-effetti finanzjarji tagħha anki wara t-trasferiment lejn is-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni? |
1.3. |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt fundamentali għal rimedju effettiv li huwa msemmi fih jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li s-sistema preċedenti ta’ remunerazzjoni diskriminatorja ma tistax tibqa’ tiġi applikata fil-proċeduri pendenti jew futuri u li r-riklassifikazzjoni salarjali tal-impjegati eżistenti fis-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni hija ddeterminata biss abbażi tas-salarju li għandu jiġi kkalkolat u mħallas għax-xahar tat-trasferiment? |
2. |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 45 TFUE, 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (2), u 20 et seq tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni li tipprevedi li l-perijodi ta’ servizz imwettqa preċedentement minn membru tal-persunal bil-kuntratt għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).