Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0637

    Kawża C-637/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa — il-Portugall) — Cogeco Communications Inc vs Sport TV Portugal SA, Controlinveste-SGPS SA, NOS-SGPS SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 102 TFUE — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Direttiva 2014/104/UE — Artikolu 9(1) — Artikolu 10(2) sa (4) — Artikoli 21 u 22 — Azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea — Effetti tad-deċiżjonijiet nazzjonali — Termini ta’ preskrizzjoni — Traspożizzjoni — Applikazzjoni ratione temporis)

    ĠU C 187, 3.6.2019, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/21


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa — il-Portugall) — Cogeco Communications Inc vs Sport TV Portugal SA, Controlinveste-SGPS SA, NOS-SGPS SA

    (Kawża C-637/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 102 TFUE - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Direttiva 2014/104/UE - Artikolu 9(1) - Artikolu 10(2) sa (4) - Artikoli 21 u 22 - Azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea - Effetti tad-deċiżjonijiet nazzjonali - Termini ta’ preskrizzjoni - Traspożizzjoni - Applikazzjoni ratione temporis)

    (2019/C 187/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Cogeco Communications Inc

    Konvenuti: Sport TV Portugal SA, Controlinveste-SGPS SA, NOS-SGPS SA

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għall-kawża prinċipali.

    2)

    L-Artikolu 102 TFUE u l-prinċipju ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, minn naħa, tipprevedi li t-terminu ta’ preskrizzjoni għall-azzjonijiet għad-danni huwa ta’ tliet snin u jibda mid-data li fiha l-persuna leża saret taf bid-dritt tagħha għal kumpens, anki jekk il-persuna responsabbli tar-reat ma tkunx magħrufa u, min-naħa l-oħra, ma tipprevedi ebda possibbiltà ta’ sospensjoni jew interruzzjoni ta’ dak it-terminu fi proċedimenti quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.


    (1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


    Top