Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0213

    Kawża C-213/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Artikol 17, 18, 23 u 24 — Proċedura minn qabel ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru — Applikazzjoni ġdida fi Stat Membru ieħor — Assenza ta’ talba għall-iskopijiet tat-teħid lura fit-termini previsti — Konsenja tal-persuna kkonċernata għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali

    ĠU C 301, 27.8.2018, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    (Kawża C-213/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Artikol 17, 18, 23 u 24 - Proċedura minn qabel ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru - Applikazzjoni ġdida fi Stat Membru ieħor - Assenza ta’ talba għall-iskopijiet tat-teħid lura fit-termini previsti - Konsenja tal-persuna kkonċernata għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali)

    (2018/C 301/08)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: X

    Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali għandu jkun responsabbli biex jeżaminaha meta talba għall-finijiet ta’ teħid lura ma tkunx ġiet ifformulata minn dak l-Istat Membru fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 23(2) ta’ dan ir-regolament, filwaqt li, minn naħa, Stat Membru ieħor kien responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata qabel u, min-naħa l-oħra, li l-appell ippreżentat miċ-ċaħda ta’ waħda minn dawn l-applikazzjonijiet pendenti, quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar, wara l-iskadenza ta’ dawn it-termini.

    2)

    L-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-formulazzjoni, minn Stat Membru, ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz mingħajr dokumenti ta’ residenza fit-territorju tiegħu ma jimponix fuq dan l-Istat Membru li jissospendi l-eżami ta’ appell ippreżentat miċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali qabel, u wara li jintemm dan l-eżami fil-każ tal-aċċettazzjoni ta’ din it-talba mill-Istat Membru rikjest.

    3)

    L-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, Stat Membru li jagħmel talba għall-finijiet ta’ teħid lura fuq il-bażi tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, wara l-iskadenza, fl-Istat Membru rikjest, tat-termini previsti fl-Artikolu 23(2) tal-imsemmi regolament, ma huwiex obbligat li jinforma l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar li r-rikors ippreżentat kontra ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali issottomessa qabel hija pendenti quddiem qorti tal-Istat Membru rikjedenti.

    4)

    L-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 604/2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-data tad-deċiżjoni ta’ trasferiment, fejn applikant għal protezzjoni internazzjonali jkun ġie mogħti minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u jinsab fit-territorju ta’ dan tal-aħħar mingħajr ma jippreżenta applikazzjoni ġdida għall-protezzjoni internazzjonali, dan it-tieni Stat Membru jista’ jitlob dan l-ewwel Stat Membru għall-finijiet ta’ teħid lura tal-applikant u ma huwiex obbligat jeżamina t-talba tiegħu.


    (1)  ĠU C 239, 24.07.2014.


    Top