Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0076

    Kawża C-76/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SC Petrotel-Lukoil SA, Maria Magdalena Georgescu vs Ministerul Economiei, Ministerul Energiei, Ministerul Finanţelor Publice (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali — Artikolu 30 TFUE — Taxxa interna — Artikolu 110 TFUE — Taxxa applikata għall-prodotti petroliferi esportati — Nuqqas ta’ riperkussjoni tat-taxxa fuq il-konsumatur — Piż tat-taxxa sostnut mill-persuna taxxabbli — Rimbors tas-somom imħallsa mill-persuna taxxabbli)

    ĠU C 142, 23.4.2018, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SC Petrotel-Lukoil SA, Maria Magdalena Georgescu vs Ministerul Economiei, Ministerul Energiei, Ministerul Finanţelor Publice

    (Kawża C-76/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali - Artikolu 30 TFUE - Taxxa interna - Artikolu 110 TFUE - Taxxa applikata għall-prodotti petroliferi esportati - Nuqqas ta’ riperkussjoni tat-taxxa fuq il-konsumatur - Piż tat-taxxa sostnut mill-persuna taxxabbli - Rimbors tas-somom imħallsa mill-persuna taxxabbli))

    (2018/C 142/18)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SC Petrotel-Lukoil SA, Maria Magdalena Georgescu

    Konvenuti: Ministerul Economiei, Ministerul Energiei, Ministerul Finanţelor Publice

    Dispożittiv

    Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 30 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna taxxabbli, li effettivament ħallset it-taxxa li għandha effett ekwivalenti u li tmur kontra dan l-artikolu, għandha tkun tista’ tikseb ir-rimbors tas-somom imħallsa minnha f’dan is-sens anki f’sitwazzjoni fejn il-mekkaniżmu ta’ ħlas tat-taxxa kien ikkonċepit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’tali mod li t-taxxa tgħaddi fuq il-konsumatur.


    (1)  ĠU C 151, 15.05.2017.


    Top