Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0065

    Kawża C-65/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cessazione – l-Italja) – Oftalma Hospital Srl vs C.I.O.V. – Commissione Istituti Ospitalieri Valdesi, Regione Piemonte (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Servizzi soċjali u tas-saħħa — Għoti mingħajr osservanza tar-regoli għall-għoti tal-kuntratti pubbliċi — Neċessità li jiġu osservati l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament — Kunċett ta’ “interess transkonfinali ċert” — Direttiva 92/50/KEE — Artikolu 27)

    ĠU C 200, 11.6.2018, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201805250051897382018/C 200/17652017CJC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL20180419141411

    Kawża C-65/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cessazione – l-Italja) – Oftalma Hospital Srl vs C.I.O.V. – Commissione Istituti Ospitalieri Valdesi, Regione Piemonte (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Servizzi soċjali u tas-saħħa — Għoti mingħajr osservanza tar-regoli għall-għoti tal-kuntratti pubbliċi — Neċessità li jiġu osservati l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament — Kunċett ta’ “interess transkonfinali ċert” — Direttiva 92/50/KEE — Artikolu 27)

    Top

    C2002018MT1410120180419MT0017141141

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cessazione – l-Italja) – Oftalma Hospital Srl vs C.I.O.V. – Commissione Istituti Ospitalieri Valdesi, Regione Piemonte

    (Kawża C-65/17) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Servizzi soċjali u tas-saħħa — Għoti mingħajr osservanza tar-regoli għall-għoti tal-kuntratti pubbliċi — Neċessità li jiġu osservati l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament — Kunċett ta’ “interess transkonfinali ċert” — Direttiva 92/50/KEE — Artikolu 27)”

    2018/C 200/17Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte suprema di cessazione

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Oftalma Hospital Srl

    Konvenuti: C.I.O.V. – Commissione Istituti Ospitalieri Valdesi, Regione Piemonte

    fil-preżenza ta’: Azienda Sanitaria Locale di Torino (TO1)

    Dispożittiv

    1)

    Meta tagħti kuntratt pubbliku għal servizzi li jaqa’ taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/50 tat-18 ta’ Ġunju 1992 relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi], kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1997, u li, konsegwentement, bħala prinċipju huwa suġġett biss għall-Artikoli 14 u 16 ta’ din id-direttiva, awtorità kontraenti hija madankollu obbligata wkoll li tikkonforma mar-regoli fundamentali u mal-prinċipji ġenerali tat-Trattat FUE, b’mod partikolari mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità kif ukoll mal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, bil-kundizzjoni li, fid-data tal-għoti tiegħu, kuntratt bħal dan għandu jkollu natura transkonfinali ċert, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

    2)

    L-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 92/50 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għall-kuntratti pubbliċi għal servizzi li jaqgħu taħt l-Anness I B ta’ din id-direttiva.


    ( 1 ) ĠU C 144, 8.5.2017.

    Top