Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0027

    Kawża C-27/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos apeliacinis teismas – il-Litwanja) – AB “flyLAL-Lithuanian Airlines”, fi stralċ vs “Starptautiskā lidosta ‘Rīga’” VAS, “Air Baltic Corporation” AS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjonijiet speċjali — Il-punt 3 tal-Artikolu 5 — Materji ta’ delitt jew kważi delitt — Post fejn seħħ il-fatt dannuż — Post fejn tkun seħħet il-ħsara u post tal-fatt li kkawża l-ħsara — Talba għal kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat minn aġir antikompetittiv imwettaq fi Stati Membri differenti — Il-punt 5 tal-Artikolu 5 — Operat ta’ fergħa — Kunċett)

    ĠU C 301, 27.8.2018, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos apeliacinis teismas – il-Litwanja) – AB “flyLAL-Lithuanian Airlines”, fi stralċ vs “Starptautiskā lidosta ‘Rīga’” VAS, “Air Baltic Corporation” AS

    (Kawża C-27/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjonijiet speċjali - Il-punt 3 tal-Artikolu 5 - Materji ta’ delitt jew kważi delitt - Post fejn seħħ il-fatt dannuż - Post fejn tkun seħħet il-ħsara u post tal-fatt li kkawża l-ħsara - Talba għal kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat minn aġir antikompetittiv imwettaq fi Stati Membri differenti - Il-punt 5 tal-Artikolu 5 - Operat ta’ fergħa - Kunċett))

    (2018/C 301/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos apeliacinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: AB “flyLAL-Lithuanian Airlines”, fi stralċ

    Konvenuti:“Starptautiskā lidosta ‘Rīga’” VAS, “Air Baltic Corporation” AS

    Fil-preżenza ta’:“ŽIA Valda” AB, “VA Reals” AB, Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

    Dispożittiv

    1)

    Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn aġir antikompetittiv, il-“post fejn seħħ il-fatt dannuż” jirreferi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari għall-post fejn ikun seħħ it-telf ta’ profitti li jikkonsisti f’telf ta’ bejgħ, jiġifieri l-post tas-suq affettwat mill-imsemmi aġir li fih il-vittma tallega li hija ġarrbet dan it-telf.

    2)

    Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn aġir antikompetittiv, il-kunċett ta’ “post fejn seħħ il-fatt dannuż” jista’ jinftiehem bħala li jirreferi jew għall-post tal-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv kuntrarju għall-Artikolu 101 TFUE, jew għall-post fejn il-prezzijiet predatorji ġew offruti u applikati, jekk dawn il-prattiki kienu jikkostitwixxu ksur skont l-Artikolu 102 TFUE.

    3)

    Il-punt 5 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kontestazzjoni dwar l-operat ta’ fergħa” jkopri kawża intiża għall-kumpens għal dannu allegatament ikkawżat minn abbuż minn pożizzjoni dominanti li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ prezzijiet predatorji, meta fergħa tal-impriża li għandha l-pożizzjoni dominanti tkun, b’mod effettiv u sinjifikattiv, ipparteċipat f’din il-prattika abbużiva.


    (1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


    Top