EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0671

Kawża T-671/16: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2016 – Villeneuve vs Il-Kummissjoni

ĠU C 419, 14.11.2016, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/52


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2016 – Villeneuve vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-671/16)

(2016/C 419/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vincent Villeneuve (Montpellier, Franza) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzzjoni ġenerali EPSO/AD/303/15 (AD7) tal-5 ta’ Novembru 2015 li tikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma tispjegax ir-raġunijiet għaliex ir-rikorrent ma għandux esperjenza professjonali suffiċjenti fil-qasam tal-kompetizzjoni sabiex il-kandidatura tiegħu tiġi ammessa għall-fażi segwenti tagħha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzjoni, sa fejn il-verifika tal-esperjenza professjonali minima fil-qasam tal-kompetizzjoni li l-Bord tal-Għażla huwa mitlub iwettaq fl-ewwel lok ma tistax tirrigwarda l-adegwatezza tiegħu fir-rigward tal-pożizzjoni li għandha timtela u l-kriterji ta’ selezzjoni stabbiliti f’dan il-kuntest, peress li l-fażi tal-kontroll tal-kundizzjonijiet għall-ammissjoni sseħħ matul fażijiet suċċessivi tal-kompetizzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 27 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 5 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-punti 2.3 u 2.4 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali, bħal difetti proċedurali u żball manifest ta’ evalwazzjoni konsegwenti.

4.

Ir-raba motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn kandidati fir-rigward tas-selezzjoni bbażata fuq titoli.


Top