Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0133

    Kawżi magħquda T-133/16 u T-136/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence et vs BĊE (“Politika ekonomika u monetarja — Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu — Artikolu 4(1)(e) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Persuni li effettivament jidderiġu n-negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu — Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu L. 511-13 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż — Prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv tal-presidenza tal-korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fil-funzjoni superviżorja tiegħu ma’ funzjoni ta’ Direttur Ġenerali fl-istess stabbiliment — Artikolu 88(1)(e) tad-Direttiva 2013/36 u Artikolu L. 511-58 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż”)

    ĠU C 200, 11.6.2018, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201805250411896982018/C 200/371332016TC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL20180424303121

    Kawżi magħquda T-133/16 u T-136/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence et vs BĊE (“Politika ekonomika u monetarja — Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu — Artikolu 4(1)(e) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Persuni li effettivament jidderiġu n-negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu — Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu L. 511-13 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż — Prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv tal-presidenza tal-korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fil-funzjoni superviżorja tiegħu ma’ funzjoni ta’ Direttur Ġenerali fl-istess stabbiliment — Artikolu 88(1)(e) tad-Direttiva 2013/36 u Artikolu L. 511-58 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż”)

    Top

    C2002018MT3010120180424MT0037301312

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence et vs BĊE

    (Kawżi magħquda T-133/16 u T-136/16) ( 1 )

    “(“Politika ekonomika u monetarja — Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu — Artikolu 4(1)(e) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Persuni li effettivament jidderiġu n-negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu — Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu L. 511-13 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż — Prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv tal-presidenza tal-korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fil-funzjoni superviżorja tiegħu ma’ funzjoni ta’ Direttur Ġenerali fl-istess stabbiliment — Artikolu 88(1)(e) tad-Direttiva 2013/36 u Artikolu L. 511-58 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż”)”

    2018/C 200/37Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti fil-Kawża T-133/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence (Aix-en-Provence, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

    Rikorrenti fil-Kawża T-134/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Nord Midi-Pyrénées (Albi, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

    Rikorrenti fil-Kawża T-135/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres (Saintes, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

    Rikorrenti fil-Kawża T-136/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Brie Picardie (Amiens, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: A. Karpf u C. Hernández Saseta, aġenti, assistiti minn A. Heinzmann, avukat)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, K.-P. Wojcik u A. Steiblytė, aġenti)

    Suġġett

    Talbiet abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BĊE, rispettivament,

    ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/98, ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/100, ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/101 u ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/99, tad-29 ta’ Jannar 2016, meħuda skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (ĠU 2014, L 141, p. 1), u l-Artikoli L. 511–13, L. 511–52, L. 511–58, L. 612–23–1 u R. 612–29–3 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    2)

    Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Nord Midi-Pyrénées, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres u Caisse régionale de crédit agricole mutuel Brie Picardie għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    ( 1 ) ĠU C 175, 17.05.2016.

    Top