Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0015

Kawża T-15/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Pandalis vs EUIPO – LR Health & Beauty Systems (Cystus) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Cystus — Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark”]

ĠU C 95, 27.3.2017, pp. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Pandalis vs EUIPO – LR Health & Beauty Systems (Cystus)

(Kawża T-15/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Cystus - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark”])

(2017/C 095/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Georgios Pandalis (Glandorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Franke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2839/2014-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn LR Health & Beauty Systems u G. Pandalis.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Georgios Pandalis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016


Top