This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0573
Case C-573/16: Reference for a preliminary ruling from High Court of Justice (Chancery Division) (United Kingdom) made on 14 November 2016 — Air Berlin plc v Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
Kawża C-573/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Novembru 2016 – Air Berlin plc v Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Kawża C-573/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Novembru 2016 – Air Berlin plc v Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
ĠU C 22, 23.1.2017, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Novembru 2016 – Air Berlin plc v Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-573/16)
(2017/C 022/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Air Berlin plc
Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Domandi preliminari
1) |
Il-ġbir minn Stat Membru ta’ taxxa tal-boll ta’ 1,5 % fuq it-trasferiment, kif indikat fir-rinviju, fiċ-ċirkustanzi indikati fir-rinviju, imur kontra wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:
|
2) |
Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti f’ċirkustanzi fejn it-trasferiment ta’ azzjonijiet lil servizz ta’ clearance kien meħtieġ sabiex tiġi ffaċilitata l-iskrizzjoni tal-kumpannija inkwistjoni fil-lista tal-Borża f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor? |
3) |
Ir-risposti għall-ewwel jew għat-tieni domanda tkun differenti f’ċirkustanzi fejn il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tippermetti li operatur ta’ servizz ta’ clearance, meta jirċievi l-approvazzjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa, jagħżel li ma titħallas ebda taxxa tal-boll fuq it-trasferiment ta’ azzjonijiet lis-servizz ta’ clearance iżda li minflok titħallas is-SDRT fuq kull bejgħ sussegwenti ta’ azzjonijiet fi ħdan is-servizz ta’ clearance (bir-rata ta’ 0,5 % fuq il-prezz tal-bejgħ)? |
4) |
Ir-risposta għat-tielet domanda tkun differenti f’ċirkustanzi fejn l-istruttura tat-tranżazzjonijiet magħżula mill-kumpannija inkwistjoni tfisser li l-benefiċċju tal-għażla ma jistax jintuża? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11)
(2) Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, p. 11)