This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0297
Case C-297/16: Request for a preliminary ruling from the Curtea de Apel Bucureşti (Romania) lodged on 25 May 2016 — Colegiul Medicilor Veterinari din România v Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor
Kawża C-297/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Colegiul Medicilor Veterinari din România vs Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor
Kawża C-297/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Colegiul Medicilor Veterinari din România vs Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor
ĠU C 314, 29.8.2016, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Colegiul Medicilor Veterinari din România vs Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor
(Kawża C-297/16)
(2016/C 314/15)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Colegiul Medicilor Veterinari din România
Konvenuta: Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor
Intervenjenti: Asociaţia Naţională a Distribuitorilor de Produse de Uz Veterinar din România
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-veterinarji esklużività fil-kummerċ bl-ingrossa u fl-użu ta’ prodotti bijoloġiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ mediċini għal użu veterinarju? |
2) |
Jekk tali esklużività titqies li hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, dan tal-aħħar jipprekludi li din l-esklużività tirrigwarda wkoll l-istabbilimenti li jeżerċitaw il-kummerċ inkwistjoni, fis-sens ta’ rekwiżit li l-istabbiliment ikun fil-maġġoranza jew esklużivament proprjetà ta’ veterinarji jew numru ta’ veterinarji? |