Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0580

Kawża C-580/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Firma Hans Bühler KG vs Finanzamt de Graz-Stadt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Post tal-akkwist intra-Komunitarju — Artikolu 42 — Akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija li ġiet ikkunsinnata sussegwentement — Artikolu 141 — Eżenzjoni — Operazzjoni triangolari — Miżuri ta’ semplifikazzjoni — Artikolu 265 — Rettifika tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva)

ĠU C 200, 11.6.2018, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201805250281897282018/C 200/135802016CJC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL20180419111111

Kawża C-580/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Firma Hans Bühler KG vs Finanzamt de Graz-Stadt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Post tal-akkwist intra-Komunitarju — Artikolu 42 — Akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija li ġiet ikkunsinnata sussegwentement — Artikolu 141 — Eżenzjoni — Operazzjoni triangolari — Miżuri ta’ semplifikazzjoni — Artikolu 265 — Rettifika tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva)

Top

C2002018MT1110120180419MT0013111111

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Firma Hans Bühler KG vs Finanzamt de Graz-Stadt

(Kawża C-580/16) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Post tal-akkwist intra-Komunitarju — Artikolu 42 — Akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija li ġiet ikkunsinnata sussegwentement — Artikolu 141 — Eżenzjoni — Operazzjoni triangolari — Miżuri ta’ semplifikazzjoni — Artikolu 265 — Rettifika tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva)”

2018/C 200/13Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Firma Hans Bühler KG

Konvenut: Finanzamt de Graz-Stadt

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li dan jipprevedi hija ssodisfatta meta l-persuna taxxabbli hija stabbilita u identifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fl-Istat Membru li minnu l-merkanzija hija mibgħuta jew ittrasportata, iżda din il-persuna taxxabbli tuża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ Stat Membru ieħor għall-akkwist intra-Komunitarju inkwistjoni.

2)

L-Artikoli 42 u 265 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, moqrija flimkien mal-Artikolu 263 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru tapplika l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata bid-Direttiva 2010/45, għar-raġuni biss li, fil-kuntest ta’ akkwist intra-Komunitarju, imwettaq għall-finijiet ta’ kunsinna sussegwenti fit-territorju ta’ Stat Membru, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva, imsemmija fl-Artikolu 265 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, ma saritx f’waqtha mill-persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) f’dan l-Istat Membru.


( 1 ) ĠU C 78, 13.3.2017.

Top