EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0544

Kawża C-544/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Marcandi Limited, li taġixxi bl-isem kummerċjali “Madbid” vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2(1)(ċ) — Ħruġ ta’ “krediti” li jippermettu li wieħed jagħmel offerta f’irkantijiet online — Provvista ta’ servizzi bi ħlas — Operazzjoni minn qabel — Artikolu 73 — Ammont taxxabbli)

ĠU C 301, 27.8.2018, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Marcandi Limited, li taġixxi bl-isem kummerċjali “Madbid” vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-544/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) - Ħruġ ta’ “krediti” li jippermettu li wieħed jagħmel offerta f’irkantijiet online - Provvista ta’ servizzi bi ħlas - Operazzjoni minn qabel - Artikolu 73 - Ammont taxxabbli))

(2018/C 301/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marcandi Limited, li taġixxi bl-isem kummerċjali “Madbid”

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħruġ ta’ “krediti”, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermettu lill-klijenti ta’ operatur li jagħmlu offerti fl-irkantijiet organizzati minn dan tal-aħħar, jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi bi ħlas li l-korrispettiv tagħha huwa l-ammont imħallas inkambju għall-imsemmija “krediti”.

2)

L-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-valur tal-“krediti” użati biex wieħed jagħmel offerti ma huwiex inkluż fil-korrispettiv riċevut mill-persuna taxxabbli inkambju għall-provvisti ta’ oġġetti mwettqa minnha għall-benefiċċju tal-utenti li jkunu rebħu rkant li organizzat jew għall-benefiċċju ta’ dawk li jkunu wettqu x-xiri tagħhom permezz tal-funzjonijiet “Ixtri Issa” jew “Skont Miksub”.

3)

Meta jinterpretaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt nazzjonali, il-qrati ta’ Stat Membru li jikkonstataw li l-istess operazzjoni hija suġġetta, fi Stat Membru ieħor, għal trattament differenti għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandhom il-fakultà, u saħansitra l-obbligu, skont jekk id-deċiżjonijiet tagħhom jistgħux, jew le, ikunu suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea b’talba għal deċiżjoni preliminari.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


Top