Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0532

    Kawża C-532/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs SEB bankas AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Limitazzjoni tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Provvista ta’ art — Klassifikazzjoni żbaljata ta’ “attività taxxabbli” — Indikazzjoni tat-taxxa fuq il-fattura inizjali — Modifika ta’ din l-indikazzjoni mill-fornitur)

    ĠU C 200, 11.6.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201805250091897392018/C 200/095322016CJC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL201804118811

    Kawża C-532/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs SEB bankas AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Limitazzjoni tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Provvista ta’ art — Klassifikazzjoni żbaljata ta’ “attività taxxabbli” — Indikazzjoni tat-taxxa fuq il-fattura inizjali — Modifika ta’ din l-indikazzjoni mill-fornitur)

    Top

    C2002018MT810120180411MT00098181

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs SEB bankas AB

    (Kawża C-532/16) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Limitazzjoni tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Provvista ta’ art — Klassifikazzjoni żbaljata ta’ “attività taxxabbli” — Indikazzjoni tat-taxxa fuq il-fattura inizjali — Modifika ta’ din l-indikazzjoni mill-fornitur)”

    2018/C 200/09Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

    Konvenuta: SEB bankas AB

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 184 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ aġġustament ta’ tnaqqis mhux dovut ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imsemmi f’dan l-artikolu japplika wkoll fil-każ li t-tnaqqis imwettaq inizjalment ma setax jitwettaq legalment peress li t-tranżazzjoni li wasslet sabiex dan jiġi eżerċitat kienet eżentata mill-VAT. Għall-kuntrarju, l-Artikoli 187 sa 189 tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-mekkaniżmu ta’ aġġustament ta’ tnaqqis mhux dovut ta’ VAT previst f’dawn l-artikoli ma japplikax f’tali każijiet, b’mod partikolari f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha t-tnaqqis tal-VAT imwettaq inizjalment ma kienx iġġustifikat sa fejn din kienet tranżazzjoni ta’ provvista ta’ artijiet eżentata mill-VAT.

    2)

    L-Artikolu 186 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ li t-tnaqqis ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imwettaq inizjalment ma setax jitwettaq legalment, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw id-data li fiha jitnissel l-obbligu ta’ aġġustament ta’ tnaqqis mhux dovut tal-VAT u l-perijodu li għalih għandu jsir dan l-aġġustament, b’osservanza tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk humiex osservati dawn il-prinċipji f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


    ( 1 ) ĠU C 6, 09.01.2017

    Top