Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0390

    Kawża C-390/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Törvényszék – l-Ungerija) – fil-proċedura kontra Dániel Bertold Lada (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI — Teħid inkunsiderazzjoni, fl-okkażjoni ta’ proċedura kriminali ġdida, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna ppronunzjata preċedentement fi Stat Membru ieħor — Proċedura speċjali ta’ rikonoxximent ta’ kundanna kriminali mogħtija fi Stat Membru ieħor — Reviżjoni u tiġdid legali tad-deċiżjoni preċedenti — Prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku — Artikolu 82(1) TFUE)

    ĠU C 301, 27.8.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Törvényszék – l-Ungerija) – fil-proċedura kontra Dániel Bertold Lada

    (Kawża C-390/16) (1)

    ((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI - Teħid inkunsiderazzjoni, fl-okkażjoni ta’ proċedura kriminali ġdida, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna ppronunzjata preċedentement fi Stat Membru ieħor - Proċedura speċjali ta’ rikonoxximent ta’ kundanna kriminali mogħtija fi Stat Membru ieħor - Reviżjoni u tiġdid legali tad-deċiżjoni preċedenti - Prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku - Artikolu 82(1) TFUE))

    (2018/C 301/02)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Szombathelyi Törvényszék

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Dániel Bertold Lada

    Dispożittiv

    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 82 TFUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li t-teħid inkunsiderazzjoni fi Stat Membru, fl-okkażjoni ta’ proċedura kriminali ġdida mibdija kontra persuna, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna kriminali definittiva mogħtija preċedentement minn qorti ta’ Stat Membru ieħor kontra l-istess persuna għal fatti differenti, ikun suġġett għal proċedura speċjali ta’ rikonoxximent minn qabel, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-qrati ta’ dan l-ewwel Stat Membru.


    (1)  ĠU C 350, 26.9.2016.


    Top