This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0316
Joined Cases C-316/16 and C-424/16: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 17 April 2018 (requests for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg, the Supreme Court of the United Kingdom — Germany, United Kingdom) — B v Land Baden-Württemberg (C-316/16), Secretary of State for the Home Department v Franco Vomero (C-424/16) (References for a preliminary ruling — Citizenship of the European Union — Right to move and reside freely within the territory of the Member States — Directive 2004/38/EC — Article 28(3)(a) — Enhanced protection against expulsion — Conditions — Right of permanent residence — Residence in the host Member State for the 10 years preceding the decision to expel the person concerned from that Member State — Period of imprisonment — Consequences as regards the continuity of the 10-year period of residence — Connection with the overall assessment of an integrative link — Time at which that assessment must be carried out and criteria to be taken into account in that assessment)
Kawżi magħquda C-316/16 u C-424/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta April 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg, Supreme Court of the United Kingdom – il-Ġermanja, ir-Renju Unit) – B vs Land Baden-Württemberg (C-316/16), Secretary of State for the Home Department vs Franco Vomero (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ moviment u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 28(3)(a) — Protezzjoni msaħħa kontra t-tkeċċija — Kundizzjonijiet — Dritt ta’ residenza permanenti — Residenza fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin qabel id-deċiżjoni ta’ tkeċċija mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat — Perijodu ta’ priġunerija — Konsegwenzi fir-rigward tal-kontinwità tar-residenza għal għaxar snin — Relazzjoni mal-evalwazzjoni globali ta’ rabta ta’ integrazzjoni — Mument li fih isseħħ din l-evalwazzjoni u kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matulha)

ĠU C 200, 11.6.2018, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawżi magħquda C-316/16 u C-424/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta April 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg, Supreme Court of the United Kingdom – il-Ġermanja, ir-Renju Unit) – B vs Land Baden-Württemberg (C-316/16), Secretary of State for the Home Department vs Franco Vomero (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ moviment u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 28(3)(a) — Protezzjoni msaħħa kontra t-tkeċċija — Kundizzjonijiet — Dritt ta’ residenza permanenti — Residenza fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin qabel id-deċiżjoni ta’ tkeċċija mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat — Perijodu ta’ priġunerija — Konsegwenzi fir-rigward tal-kontinwità tar-residenza għal għaxar snin — Relazzjoni mal-evalwazzjoni globali ta’ rabta ta’ integrazzjoni — Mument li fih isseħħ din l-evalwazzjoni u kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matulha)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta April 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg, Supreme Court of the United Kingdom – il-Ġermanja, ir-Renju Unit) – B vs Land Baden-Württemberg (C-316/16), Secretary of State for the Home Department vs Franco Vomero
(Kawżi magħquda C-316/16 u C-424/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ moviment u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 28(3)(a) — Protezzjoni msaħħa kontra t-tkeċċija — Kundizzjonijiet — Dritt ta’ residenza permanenti — Residenza fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin qabel id-deċiżjoni ta’ tkeċċija mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat — Perijodu ta’ priġunerija — Konsegwenzi fir-rigward tal-kontinwità tar-residenza għal għaxar snin — Relazzjoni mal-evalwazzjoni globali ta’ rabta ta’ integrazzjoni — Mument li fih isseħħ din l-evalwazzjoni u kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matulha)”
2018/C 200/04Lingwi tal-kawża: il-Ġermaniż u l-IngliżQrati tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg, Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: B (C-316/16), Secretary of State for the Home Department (C-424/16)
Konvenuti: Land Baden-Württemberg (C-316/16), Franco Vomero (C-424/16)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-benefiċċju tal-protezzjoni kontra t-tkeċċija mit-territorju prevista f’din id-dispożizzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata jkollha dritt ta’ residenza permanenti fis-sens tal-Artikolu 16 u tal-Artikolu 28(2) ta’ din id-direttiva. |
2) |
L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ ċittadin tal-Unjoni li jiskonta piena ta’ priġunerija u li fir-rigward tiegħu deċiżjoni ta’ tkeċċija hija adottata, il-kundizzjoni li jkun “[għex] fl-Istat Membru ospitanti għall-għaxar snin preċedenti” stabbilita f’din id-dispożizzjoni, tista’ tiġi ssodisfatta sa fejn evalwazzjoni globali tas-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata li tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti rilevanti kollha twassal sabiex jitqies li, minkejja din id-detenzjoni, ir-rabtiet ta’ integrazzjoni li jqħaqqdu lill-persuna kkonċernata mal-Istat Membru ospitanti ma ġewx miksura. Fost dawn l-aspetti hemm, b’mod partikolari, is-saħħa tar-rabtiet ta’ integrazzjoni minsuġa mal-Istat Membru ospitanti qabel iż-żamma f’detenzjoni tal-persuna kkonċernata, in-natura tal-ksur li ġġustifika l-perijodu ta’ detenzjoni sostnut u ċ-ċirkustanzi li fihom dan twettaq kif ukoll l-aġir tal-persuna kkonċernata matul il-perijodu ta’ detenzjoni. |
3) |
L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwistjoni dwar jekk persuna ssodisfatx il-kundizzjoni li tkun “[għexet] fl-Istat Membru ospitanti għall-għaxar snin preċedenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandha tiġi evalwata fid-data li fiha d-deċiżjoni ta’ tkeċċija inizjali hija adottata. |
( 1 ) ĠU C 343, 19.9.2016.