Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0297

    Kawża C-297/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Colegiul Medicilor Veterinari din România (CMVRO) vs Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/123/KE — Servizzi fis-suq intern — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-prattikanti veterinarji biss id-dritt għall-bejgħ bl-imnut u għall-użu tal-prodotti organiċi, tal-prodotti kontra l-parassiti kif ukoll tal-prodotti mediċinali veterinarji — Libertà ta’ stabbiliment — Rekwiżit li l-kapital tal-istabbilimenti li jbigħu bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jkun miżmum biss minn prattikanti veterinarji — Protezzjoni tas-saħħa pubblika — Proporzjonalità)

    ĠU C 142, 23.4.2018, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Colegiul Medicilor Veterinari din România (CMVRO) vs Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor

    (Kawża C-297/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-prattikanti veterinarji biss id-dritt għall-bejgħ bl-imnut u għall-użu tal-prodotti organiċi, tal-prodotti kontra l-parassiti kif ukoll tal-prodotti mediċinali veterinarji - Libertà ta’ stabbiliment - Rekwiżit li l-kapital tal-istabbilimenti li jbigħu bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jkun miżmum biss minn prattikanti veterinarji - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Proporzjonalità))

    (2018/C 142/04)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Bucureşti

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Colegiul Medicilor Veterinari din România (CMVRO)

    Konvenuta: Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, favur prattikanti veterinarji, esklużività tal-kummerċ bl-imnut u tal-użu ta’ prodotti organiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju.

    2)

    L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi li l-kapital azzjonarju tal-istabbilimenti li jikkummerċjalizzaw bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jinżamm esklużivament minn prattikant veterinarju wieħed jew iktar.


    (1)  ĠU C 314, 29.8.2016.


    Top