Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0191

    Kawża C-191/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – Romano Pisciotti vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 18 u 21 TFUE — Estradizzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu — Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u dan l-Istat terz — Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Projbizzjoni ta’ estradizzjoni applikata biss għaċ-ċittadini nazzjonali — Restrizzjoni għall-moviment liberu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità — Proporzjonalità — Informazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin tal-Unjoni)

    ĠU C 200, 11.6.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201805250031897132018/C 200/021912016CJC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL201804102211

    Kawża C-191/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – Romano Pisciotti vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 18 u 21 TFUE — Estradizzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu — Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u dan l-Istat terz — Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Projbizzjoni ta’ estradizzjoni applikata biss għaċ-ċittadini nazzjonali — Restrizzjoni għall-moviment liberu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità — Proporzjonalità — Informazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin tal-Unjoni)

    Top

    C2002018MT210120180410MT00022121

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – Romano Pisciotti vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-191/16) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 18 u 21 TFUE — Estradizzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu — Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u dan l-Istat terz — Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Projbizzjoni ta’ estradizzjoni applikata biss għaċ-ċittadini nazzjonali — Restrizzjoni għall-moviment liberu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità — Proporzjonalità — Informazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin tal-Unjoni)”

    2018/C 200/02Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Romano Pisciotti

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Dispożittiv

    1)

    Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin tal-Unjoni li jkun is-suġġett ta’ talba għall-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti jkun ġie arrestat, bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ din it-talba, fi Stat Membru li ma jkunx dak li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità, is-sitwazzjoni ta’ dan iċ-ċittadin tkun taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dritt peress li l-imsemmi ċittadin ikun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu fl-Unjoni Ewropea u l-imsemmija talba għall-estradizzjoni tkun saret fil-kuntest tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tal-25 ta’ Ġunju 2003.

    2)

    Fil-każ, bħal dak fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin tal-Unjoni li jkun is-suġġett ta’ talba għall-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, fil-kuntest tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tal-25 ta’ Ġunju 2003, ikun ġie arrestat fi Stat Membru li ma jkunx dak li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità, bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ din it-talba, l-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux lill-Istat Membru mitlub milli jistabbilixxi distinzjoni fuq il-bażi ta’ regola tad-dritt kostituzzjonali bejn iċ-ċittadini tiegħu u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra u milli jawtorizza din l-estradizzjoni meta huwa ma jkunx jippermetti l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess, sakemm huwa jkun qiegħed minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu dan iċ-ċittadin ikollu n-nazzjonalità f’pożizzjoni li jitolbu l-konsenja ta’ dan iċ-ċittadin fil-kuntest ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u dan l-Istat Membru tal-aħħar ma jkun ħa ebda miżura f’dan is-sens.


    ( 1 ) ĠU C 270, 25.7.2016.

    Top