This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0478
Case T-478/15: Action brought on 21 August 2015 — Romania v Commission
Kawża T-478/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2015 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
Kawża T-478/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2015 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
ĠU C 346, 19.10.2015, p. 33–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/33 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2015 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-478/15)
(2015/C 346/39)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, A. Buzoianu u E. Gane, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, adottata taħt il-forma tal-ittra NruoBUDG/B/3/MV D(2015) 2453089, tal-11 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha hija tordna lill-Rumanija tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha s-somma ta’ EUR 1 079 513,09 gross, għar-riżorsi proprji. |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti u inadegwata tad-deċiżjoni kkontestata
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-eżerċizzju mhux xieraq tal-kompetenza tal-Kummissjoni
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tar-rekwiżiti ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi
|