EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0343

Kawża T-343/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ pompa tal-petrol)

ĠU C 279, 24.8.2015, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/48


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ pompa tal-petrol)

(Kawża T-343/15)

(2015/C 279/61)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polski Koncern Naftowy Orlen SA (Płock, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja tridiminesjonali (Forma ta’ pompa tal-petrol) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 416 954

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2015 fil-Każ R 2250/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


Top