EUR-Lex Baza aktów prawnych Unii Europejskiej

Powrót na stronę główną portalu EUR-Lex

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 62015TN0330

Kawża T-330/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 – Keil vs UASI – Naturafit Diätetische Lebensmittelproduktions (BasenCitrate)

ĠU C 279, 24.8.2015, str. 44—45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/44


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 – Keil vs UASI – Naturafit Diätetische Lebensmittelproduktions (BasenCitrate)

(Kawża T-330/15)

(2015/C 279/55)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Rudolf Keil (Grevenbroich, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Naturafit Diätetische Lebensmittelproduktions GmbH (Röttenbach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “BasenCitrate” – Trade mark Komunitarja Nru 11 120 284

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2015, fil-Każ R 1541/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


Góra