EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0325

Kawża T-325/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató vs UASI – Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love)

ĠU C 279, 24.8.2015, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/41


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató vs UASI – Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love)

(Kawża T-325/15)

(2015/C 279/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Á. László, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Budapest, l-Ungerija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Choco love” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 496 916

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 1369/2014-1

Talbiet

tilqa’ r-rikors, timmodifika d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “Choco love”; jew sussidjarjament:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-każ lura quddiem l-UASI għal eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-UASI għall-ħlas tal-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top