Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0593

    Kawża T-593/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – The Art Company B & S vs EUIPO – G Star Raw (THE ART OF RAW) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali THE ART OF RAW — Trade marks nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti art u trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti The Art Company — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 419, 14.11.2016, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 419/44


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – The Art Company B & S vs EUIPO – G Star Raw (THE ART OF RAW)

    (Kawża T-593/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali THE ART OF RAW - Trade marks nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti art u trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti The Art Company - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2016/C 419/58)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: The Art Company B & S, SA (Quel, Spanja) (rappreżentant: J. Villamor Muguerza, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: G-Star Raw CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1980/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Art Company B & S u G-Star Raw.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    The Art Company B & S, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


    Top