EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0464

Kawża C-464/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Wiener Neustadt (l-Awstrija) fit-2 ta’ Settembru 2015 – Admiral Casinos & Entertainment AG vs Balamatic Handelsgesellschaft m.b.H et

ĠU C 398, 30.11.2015, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Wiener Neustadt (l-Awstrija) fit-2 ta’ Settembru 2015 – Admiral Casinos & Entertainment AG vs Balamatic Handelsgesellschaft m.b.H et

(Kawża C-464/15)

(2015/C 398/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Wiener Neustadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Admiral Casinos & Entertainment AG

Konvenuti: Balamatic Handelsgesellschaft m.b.H, Robert Schnitzer, Suayip Polat KG, Ülkü Polat, Attila Juhas, Milazim Rexha

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-istħarriġ tal-proporzjonalità ta’ regola nazzjonali li tipprevedi monopolju fis-suq tal-logħob tal-ażżard, wieħed għandu jibbaża ruħu, sabiex jevalwa l-legalità tal-imsemmija regola skont id-dritt tal-Unjoni, mhux biss fuq l-għan tagħha, iżda wkoll fuq l-effetti tagħha, li għandhom jiġi kkonstatati empirikament u b’ċertezza?


Top