Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0412

    Kawża C-412/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2015 – TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH vs Finanzamt Kassel II – Hofgeismar

    ĠU C 398, 30.11.2015, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 398/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2015 – TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH vs Finanzamt Kassel II – Hofgeismar

    (Kawża C-412/15)

    (2015/C 398/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Hessisches Finanzgerichts

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH.

    Konvenut: Finanzamt Kassel II – Hofgeismar

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista ta’ demm tinkludi wkoll il-provvista ta’ plażma miksuba mid-demm?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: dan japplika wkoll għall-plażma intiża, mhux għal użu terapewtiku dirett, iżda esklużivament għall-produzzjoni ta’ mediċini?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda: il-klassifikazzjoni tal-plażma bħala “demm” għandha tiddependi biss mill-użu intenzjonat tagħha jew għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni l-użu teoretiku li jista’ jsir minnha?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


    Top