EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0309

Kawża C-309/15 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2015 minn Real Express Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-21 ta’ April 2015 fil-Kawża T-580/13: Real Express Srl vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

ĠU C 398, 30.11.2015, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/12


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2015 minn Real Express Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-21 ta’ April 2015 fil-Kawża T-580/13: Real Express Srl vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-309/15 P)

(2015/C 398/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Real Express Srl (rappreżentant: C. Anitoae, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet appellat tal-Qorti Ġenerali mogħti fil-21 ta’ April 2015 fil-Kawża T-580/13.

teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha u, ibbażat fuq l-elementi disponibbli, tilqa’ l-azzjoni ta’ Real Express Srl kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell iddatata s-16 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 1519/2012-4 jew, alternattivament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għall-eżami mill-ġdid.

tikkundanna lill-UASI u l-intervenjenti għall-ispejjeż tar-rikorrenti, kemm fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali, meta tat id-digriet tagħha, ikkunsidrat l-argumenti kollha tal-appellanti ammissibbli ħlief fil-paragrafi 23 u 25 tar-rikors fejn ġie argumentat li l-intervenjenti aġixxiet b’intenzjoni ħażina fir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja identika ta’ dik ta’ Real għall-klassijiet identiċi għal dak li l-appellanti applikaw għalih biex jipprojbixxu minħabba d-drittijiet preċedenti tagħhom fir-Rumanija. Ir-Raba’ Bord tal-Appell ġiet fornita biċ-ċertifikati rilevanti tal-qorti. Il-Qorti Ġenerali injorat l-obbligi tal-Bord tal-Appell konformement mal-Artikoli 63(2) u 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (1).

2.

Fil-paragrafi 38 u 39 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat ir-Regoli 15(2)(h)(iii), 17(1)(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 (2) u l-Artikoli 75 u 78(1)(a)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. Fil-paragrafi 41 u 42 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 80(1)(2)(3) tar-Regolament Nru 207/2009, ir-Regoli 53 u 53a tar-Regolament Nru 2868/1995 u injorat il-paġna 4, paragrafu 5, tal-Komunikazzjoni Nru 11/98 tal-President tal-Uffiċċju mill-Manwal Dwar Proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Parti A Regoli Ġenerali, Taqsima 6, Revoka ta’ Deċiżjoni u Kanċellament ta’ Entrati fir-Reġistru u Korrezzjoni ta’ Żbalji. Fil-paragrafi 43, 44 u 45 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikoli 63(2) u 64 tar-Regolament Nru 207/2009 u b’hekk naqqset milli tirrikonoxxi li l-Bord tal-Appell kiser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ ekonomija proċedurali u l-għan tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni billi naqqsu fl-obbligu tagħhom li jippermettu kunflitti bejn trade marks qabel ir-reġistrazzjoni u, kuntrarjament għar-regoli, naqqsu milli jieħdu inkunsiderazzjoni fatti, ċirkustanzi u evidenza pprovduta minn Real Express Srl li kienu rilevanti għar-riżultat tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


Top