EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0290

Kawża C-290/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-15 ta’ Ġunju 2015 – Patrice D’Oultremont, Henri Tumelaire, François Boitte, Éoliennes à tout prix? ASBL vs Région wallonne

ĠU C 279, 24.8.2015, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-15 ta’ Ġunju 2015 – Patrice D’Oultremont, Henri Tumelaire, François Boitte, Éoliennes à tout prix? ASBL vs Région wallonne

(Kawża C-290/15)

(2015/C 279/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Patrice D’Oultremont, Henri Tumelaire, François Boitte, Éoliennes à tout prix? ASBL

Konvenut: Région wallonne

Domandi preliminari

L-Artikoli 2(a) u 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE (1) dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, jimplikaw li għandu jiġi kkwalifikat bħala “pjan jew programm” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet digriet leġiżlattiv li jinkludi diversi dispożizzjonijiet relatati mal-installazzjoni ta’ turbini tar-riħ, inklużi miżuri ta’ sigurtà, ta’ kontroll, ta’ tiswija u ta’ garanziji finanzjarji, kif ukoll regoli dwar il-ħsejjes iddefiniti fir-rigward taż-żoni ta’ ppjanar, liema dispożizzjonijiet jirregolaw il-ħruġ ta’ permessi amministrattivi li jagħtu d-dritt lis-sid tal-kostruzzjoni li jwaqqaf u li jopera installazzjonijiet suġġetti ipso iure għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent abbażi tad-dritt intern?


(1)  Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).


Top