EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0596

Kawżi MagħqudaC-596/16 P u C-597/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 – Bionorica SE (C-596/15 P), Diapharm GmbH & Co. KG (C-597/15 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Saħħa pubblika — Protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Indikazzjonijiet tas-saħħa li jikkonċernaw l-ikel — Artikolu 13(3) — Lista ta’ indikazzjonijiet tas-saħħa awtorizzati li jikkonċernaw l-ikel — Sustanzi botaniċi — Indikazzjonijiet tas-saħħa sospiżi — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Artikolu 265 TFUE — Teħid ta’ azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea — Interess ġuridiku — Locus standi)

ĠU C 22, 22.1.2018, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 – Bionorica SE (C-596/15 P), Diapharm GmbH & Co. KG (C-597/15 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi MagħqudaC-596/16 P u C-597/15 P) (1)

((Appell - Saħħa pubblika - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Indikazzjonijiet tas-saħħa li jikkonċernaw l-ikel - Artikolu 13(3) - Lista ta’ indikazzjonijiet tas-saħħa awtorizzati li jikkonċernaw l-ikel - Sustanzi botaniċi - Indikazzjonijiet tas-saħħa sospiżi - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Artikolu 265 TFUE - Teħid ta’ azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Interess ġuridiku - Locus standi))

(2018/C 022/03)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Bionorica SE (C-596/15 P), Diapharm GmbH & Co. KG (C-597/15 P) (rappreżentanti: M. Weidner, T. Guttau u N. Hußmann, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Grünheid u M. Wilderspin, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2015, Bionorica vs Il-Kummissjoni (T-619/14, mhux ippubblikat, EU:T:2015:723), huwa annullat.

2)

Ir-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni ppreżentat minn Bionorica SE fil-Kawża T-619/14 huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

L-appell fil-Kawża C-597/15 P huwa miċħud.

4)

Bionorica SE u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż proprji tagħhom, sostnuti kemm fl-ewwel istanza fil-Kawża T-619/14 kif ukoll fl-appell fil-Kawża C-596/15 P.

5)

Diapharm GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell fil-Kawża C-597/15 P.


(1)  ĠU C 16, 18.01.2016.


Top