This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0354
Case C-354/15: Judgment of the Court (Tenth Chamber) of 2 March 2017 (request for a preliminary ruling from the Tribunal da Relação de Évora — Portugal) — Andrew Marcus Henderson v Novo Banco SA (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in civil and commercial matters — Service of judicial and extrajudicial documents — Regulation No 1393/2007 — Articles 8, 14 and 19 — Postal service of a document instituting the proceedings — Failure to provide a translation of the document — Annex II — Standard form — None — Consequences — Service by registered letter with acknowledgement of receipt — Failure to return acknowledgement of receipt — Receipt of document by a third party — Conditions of validity of the proceedings)
Kawża C-354/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Évora – il-Portugall) – Andrew Marcus Henderson vs Novo Banco SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Artikoli 8, 14 u 19 — Notifika jew komunikazzjoni ta’ att promotur bil-posta — Assenza ta’ traduzzjoni tal-att — Anness II — Formola standard — Assenza — Konsegwenzi — Notifika b’ittra rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta — Nuqqas ta’ ritorn tad-dikjarazzjoni ta’ rċevuta — Aċċettazzjoni tal-att minn terz — Rekwiżiti ta’ validità tal-proċedura)
Kawża C-354/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Évora – il-Portugall) – Andrew Marcus Henderson vs Novo Banco SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Artikoli 8, 14 u 19 — Notifika jew komunikazzjoni ta’ att promotur bil-posta — Assenza ta’ traduzzjoni tal-att — Anness II — Formola standard — Assenza — Konsegwenzi — Notifika b’ittra rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta — Nuqqas ta’ ritorn tad-dikjarazzjoni ta’ rċevuta — Aċċettazzjoni tal-att minn terz — Rekwiżiti ta’ validità tal-proċedura)
ĠU C 121, 18.4.2017, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Évora – il-Portugall) – Andrew Marcus Henderson vs Novo Banco SA
(Kawża C-354/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikoli 8, 14 u 19 - Notifika jew komunikazzjoni ta’ att promotur bil-posta - Assenza ta’ traduzzjoni tal-att - Anness II - Formola standard - Assenza - Konsegwenzi - Notifika b’ittra rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta - Nuqqas ta’ ritorn tad-dikjarazzjoni ta’ rċevuta - Aċċettazzjoni tal-att minn terz - Rekwiżiti ta’ validità tal-proċedura))
(2017/C 121/04)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Évora
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Andrew Marcus Henderson
Konvenuta: Novo Banco SA
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz [notifika] fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li, fil-każ fejn att ġudizzjarju, innotifikat lil konvenut residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ma jkunx ġie redatt jew akkompanjat minn traduzzjoni jew f’lingwa li dan il-konvenut jifhem, jew fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li jirċievi jew, jekk hemm diversi lingwi uffiċjali f’dan l-Istat Membru, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post ta’ fejn għandha titwettaq in-notifika jew il-komunikazzjoni, l-ommissjoni tal-formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament twassal għan-nullità tal-imsemmija notifika jew tal-imsemmija komunikazzjoni, anki jekk din in-nullità għandha tiġi invokata minn dan l-istess konvenut f’terminu stabbilit jew sa mill-bidu tal-istanza u qabel kull difiża fuq il-mertu. Dan l-istess regolament jeżiġi, min-naħa l-oħra, li tali ommissjoni tiġi rregolarizzata b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fih, permezz tal-komunikazzjoni lill-persuna kkonċernata tal-formola standard li tinsab fl-Anness II tal-imsemmi regolament. |
2) |
Ir-Regolament Nru 1393/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li notifika jew komunikazzjoni ta’ att promotur permezz tas-servizzi postali hija valida, anki jekk:
|